Wednesday, July 24, 2024

Għawwiem fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Pollakk ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.30pm sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien qiegħed jgħum fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Il-Pulizija qalu li fil-ħin indikat huma ntalbu biex jassistu minħabba dan il-każ.

Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post fejn sabu lil Pollakk fuq l-art wara li ttella’ mill-baħar minn xi nies.

Huwa mill-ewwel beda jingħata l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-isptar għall-aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport