Wednesday, July 24, 2024

L-eks PM jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija biex isejjaħlu għal mistoqsijiet

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa sar magħruf fil-Qorti li l-inkjesta Vitals ġie konkluża u anke kkonfermat dak suspettat li din tingħalaq mal-ftuħ tan-nomini tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat kiteb li kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jibgħat għalih.

F’post fuq il-midja soċjali Dr Muscat kiteb li “għaliex m’għandi xejn x’naħbi u għaliex m’għandi xejn minn x’hiex niddejjaq milli nkun trasparenti bl-iktar mod asssolut, iktar kmieni llum għadni kif ktibt lill-Kummissarju tal-Pulizija.

Għidtlu biex mill-iktar fis possibli u hekk kif appena jkollu, sakemm dan mhux diġa qiegħed għandu, l-konklużjonijiet minn għand l-Avukat Ġenerali tal-inkjesta dwar l-isptarijiet, isejjaħli biex inwieġeb kull domanda li jista jkollu u nuri l-fatti kollha. Kif diġà għidt din hija Egrant oħra. Din hija vendetta politika kontra tiegħi u kontra l-familja tiegħi. Se nibqa’ riżolut li l-verita’ toħroġ,” itemm jgħid l-eks Prim Ministru.

Ekonomija

Sport