Fabio Spiteri, atleta li kien qed jipprova jiġbru 100 elf ewro għal annimali abbandunati permezz tal-isport, fl-aħħar sigħat ħabbar li kien qiegħed iwaqqaf l-avventura li beda ftit tal-jiem ilu.
Fl-istess waqt sostna li għalkemm dan il-vjaġġ li iilu għaddej 7 ijiem se jieqaf, ma jfissirx li ħolm ieħor se jieqaf ukoll.
Kuljum għal dawn l-aħħar 7 ijiem Fabio kien qed jagħmel 3.8 kilometri ta’ għawm, 180 kilometru bir-rota u 42 kilometru ta’ ġiri. Iżda fl-aħħar 20 kilometru jiġri ħass uġiegħ kbir minħabba blisters li telgħu f’siequ. Sostna li l-aħħar 22 kilometru kellhom jimxihom fost uġiegħ kbir.
Sostna li kif kulħadd jaf il-mira tiegħu kienet li jiġbor 100 elf ewro biex jingħataw lis-santwarji tal-annimali li hawn madwar il-pajjiż. Qal li dak li ġara fl-aħħar sigħat hu biss intopp fit-triq u se juża dan il-ħin li se jkun rikoverat biex jisfida lilu nnifsu u fiż-żmien qasir ikompli jiġbor aktar fondi.
Dawk kollha li jixtiequ jagħti donazzjoni jistgħu jagħmlu dan billi jużaw it-tagħrif ta’ hawn taħt.
Revolut: +356 9981 6248
Paypal: [email protected]
Paypal: https://bit.ly/3tZbSXV
Donazzjonijiet b’SMS
€ 2.33 | 50617312
€ 4.66 | 50618075
€ 6.99 | 50618923
€ 11.65 | 50619260
Bank Transfer
BOV IBAN : MT40VALL22013000000050010082877