Tuesday, May 14, 2024

It-tiratur James Galea jtemm fir-raba’ post fit-Trap

Aqra wkoll

It-tiratur James Galea spiċċa fir-raba’ post fil-kompetizzjoni tat-Trap biex tilef il-podju. 

Huwa kkwalifika għax-shoot-off finali meta fir-round ta’ kwalifikazzjoni huwa temm fil-ħames post wara shoot-off (3-2) kontra Gian Marco Berti ta’ San Marino li spiċċa fis-sitt post li wkoll ikkwalifika. 

Sfortunatament, Emanuel Bugeja naqas li jagħmilha għall-finali meta fir-round ta’ kwalifikazzjoni laqat plattin inqas minn Galea u Berti, b’total ta’ 115-il plattin. 

Fil-finali, Berti kien bniedem trasformat hekk kif rebaħ il-midalja tad-deheb b’total ta’ 44 plattin.

Fit-tieni post spiċċa l-kompatrijott tiegħu, Alfio Tommasi, li laqat tnejn inqas. 

Iċ-Ċiprijott, Nihat Akterzi, li rebaħ il-midalja tal-bronż, laqat 34 plattin. Huwa kien segwit minn Galea li laqat 30 filwaqt li ċ-Ċiprijott Andrea Makri (22) u Lyndon Sosa tal-Lussemburg (17) spiċċaw fil-ħames u fis-sitt postijiet rispettivament. 

KATEGORIJA TAN-NISA

Fil-kategorija tan-Nisa, iż-żewġ tiraturi Malitn, Mariah Busuttil (20) u Mikaela Galea (10), ma rnexxielhomx jitilgħu fuq il-podju meta spiċċaw fir-raba’ u fis-sitt postijiet rispettivament. 

Il-midalja tad-deheb intrebħet minn Lena Bidoli tal-Lussemburgu wara li rebħet shoot-off kontra Alessandra Perilli 1-0 wara li t-tnejn laqtu 42 plattin fil-finali. 

Fit-tielet post temmet iċ-Ċiprijotta Madina Kuchkarova meta laqtet 30 plattin u l-kompatrijotta tagħha, Andi Ieridis spiċċat il-ħames b’total ta’ 17.

Sport