Monday, February 10, 2025

MAFA: Għaxaq Wolves iżidu l-vantaġġ

Aqra wkoll

Għaxaq Wolves reġgħu fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti f’ras il-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA wara rebħa komda ta’ 2-0 kontra Mqabba Albions. Mill-banda l-oħra, Balluta Barracudas irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil San Ġiljan Saints fid-derby filwaqt li l-partita mit-tieni diviżjoni bejn Gudja Wanderers u Ħamrun Amateurs ġiet abbandunata wara 28 minuta minħabba x-xita.

Fit-tielet diviżjoni, Qajjenza ACJ saħħew it-tieni post wara li għelbu lil Mosta Vikings.

Għaxaq Wolves – Mqabba Albions 2-0

Għaxaq Wolves baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu lit-tim tal-qiegħ Mqabba Albions 2-0.

Protagonista għall-Għaxqin kien l-attakkant Brażiljan Diego Fernando Pereiera meta skorja doppjetta wara biss minuta logħob filwaqt li fil-45 minuta għamilhom 2-0.

L-istess Fernando Pereira kellu ċ-ċans li jiskorja tripletta iżda naqas milli jiskorja penalty mas-siegħa logħob.

B’din ir-rebħa, Għaxaq Wolves għandhom erba’ punti vantaġġ fuq iċ-champions Valletta St Paul’s għalkemm dawn tal-aħħar lagħbu logħba inqas.

Referee kien Ray Tabone.

San Ġiljan Saints – Balluta Barracudas 2-3

Balluta Barracudas ipproduċew wirja kbira u għelbu lill-ġirien San Ġiljan Saints 3-2. Kienet logħba ferm sabiħa milgħuba f’xita kontinwa li sa ċertu punt ikkundizzjona l-logħob taż-żewġ naħat.

Kienu Balluta li ħarġu mal-ewwel fuq l-attakk u marru minn fuq permezz ta’ Nicholas Borg li llobbja tajjeb minn fuq il-goalkeeper tas-Saints. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, is-Saints ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Claude Jansen sabiex Dylan Labro poġġihom fil-vantaġġ fit-43 minuta.

Il-Cudas wettqu reazzjoni u skorjaw il-gowl tad-dro minn Nicholas Borg u saħansitra marru minn fuq permezz tal-aqwa skorer tal-kampjonat Andrew Tortell li skorja penalty.

Referee kien Gjorgji Bitri.

Ħamrun Amateurs – Gudja Wanderers 1-1 (abb 28 minuta)

Il-logħba bejn Ħamrun Amateurs u Gudja Wanderers ġiet abbandunata fit-28 minuta wara xita qawwija li niżlet u li għamlet il-grawnd ta’ Birżebbuġa ferm impossibbli li jintlagħab il-futbol fih.

Sa dak il-ħin l-iskor kien għadu 1-1 hekk kif Gudja marru minn fuq permezz ta’ Joshua Cutajar sabiex minuta qabel ma waqfet il-logħba, Martin Busuttil ġab id-draw għall-Ħamruniżi.

Il-logħba ġiet abbandunata u trid titkompla f’data li titħabbar aktar tard.

Qajjenza ACJ – Mosta Vikings 2-1

Qajjenza ACJ saħħew it-tielet post tal-klassifika filwaqt li jinsabu sitt punti biss bogħod mil-leaders Swieqi United AFC meta għelbu lil Mosta Vikings 2-1.

Kienu l-Mostin li marru minn fuq minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Nathan Sciberras sabiex fit-tieni taqsima, Qajjenza ġabu d-draw minn Ronnie Celeste bil-plejer Brażiljan Guillherme Fonseca de Deus li skorja l-gowl tar-rebħa

Referee kien Thomas Debono .

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 25, Valletta St Paul’s 21, Marsa St Michael’s 19 Balluta Barracudas 15, San Ġiljan Saints 8, San Ġwann Pro Evolution 6, Ta’ Ġiorni Wanderers 4, Mqabba Albions 0.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Valletta Stars St Dominic 17, Senglea Gunners 15, Birzebbuġa St Peter’s AFC, Attard Edex Kings 13, Żebbuġ Youngsters 10, Ħamrun Amateurs 6, Gudja Wanderers 4, Ħal Far Titans 0.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Swieqi United AFC 19, Qajjenza AFC 13, St Paul’s Bay NMFC 7, Naxxar Victorians 6, Mosta Vikings 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport