Wednesday, July 24, 2024

Għaxar bouncers arrestati wara li nstabu li kienu qed jaħdmu f’Paceville mingħajr liċenzja

Aqra wkoll

Fi spezzjonijiet li saru mill-Pulizija ta’ Malta matul l-aħħar ġimgħa, ġew arrestati mal-10 persuni li kienu qegħdin jaħdmu bħala bouncers f’Paceville. Dawn instabu li ma kellhomx liċenzja neċessarja biex joperaw f’post ta’ divertiment u xi wħud minnhom, ma kellhomx permess biex jaħdmu f’pajjiżna. 

B’kollox kienu spezzjonati mal-24 stabbiliment, fejn saru operazzjonijiet relatati ma’ spezzjonijiet f’postijiet ta’ divertiment sabiex ikun assigurat li dawn qegħdin joperaw skont il-liġi fejn jidħlu liċenzji, liċenzji ta’ bouncers u ħaddiema.

Ħamsa minn dawk arrestati huma mis-Serbja, tlieta mill-Maċedonja, wieħed mill-Bulgarija u ieħor mill-Bangladesh.

F’din l-azzjoni ħadu sehem l-iskwadri tal-Pulizija, kif ukoll uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni u minn JobsPlus.

Ekonomija

Sport