Wednesday, July 24, 2024

Hockey: Bilanċ assolut bejn GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Floriana Young Stars

Aqra wkoll

Fil-partita prinċipali ta’ tmiem il-ġimgħa, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Floriana Young Stars temmew il-partita ta’ bejniethom fi draw ta’ 2-2.

Kienet logħba li laqqgħet l-aktar żewġ timijiet fil-forma bħalissa bit-tnejn li huma li għadhom bla telfa mill-ewwel tliet konfronti tagħhom.

Wara skor ta’ 0-0 fl-ewwel quarter, iż-Żrieraq bdew tajjeb ħafna it-tieni quarter tant li kisbu vantaġġ doppju.

Fit-tielet quarter, il-Furjaniżi bdew ġejjin u wara li naqqsu l-marġni tal-iskor, ġabu l-iskor indaqs fl-aħħar quarter.

Charlo Sammut u Luke Brincat poġġew lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks minn fuq sabiex l-akkwist il-ġdid tal-Greens Ali Ritzwan skorja doppjetta personali sabiex għen lit-tim tiegħu jikseb punt minn din il-partita.

Umpires kienu Glen Bonello u Keith Bajada.

F’logħba mill-Hockey 7s, Qormi Daikin u Rabat spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Kienet logħba bilanċjata biż-żewġ naħat li ħadu punt minn din il-logħba.

Daniel Ellul skorja għal Qormi b’Rabat li sabu x-xibka permezz ta’ Rick Micallef.

Umpires kienu Edward Hughes u Luke Brincat.

F’partita mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin iddominaw il-konfront tagħhom kontra Marsaskala Heat hekk kif għelbuhom 7-0.

Giorgio Muscat, Wyatt Magri u Neil Spiteri Montebello spikkaw għall-Qriema meta skorjaw doppjetta kull wieħed b’Iker Francalanza li żied ieħor għat-tim tiegħu.

Umpires kienu Karl Chircop u Glenn Bonello.

Sadanittant kien hemm ukoll partita mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena fejn Marsaskala Heat għelbu lil De La Salle 5-1.

Nathan Rodo u Thomas Mifsud skorjaw doppjetta kull wieħed b’Hose Licitra li skorja wkoll għal Marsaskala.

Dean Spiteri skorja l-uniku gowl għal De La Salle.

Umpires kienu Edward Hughes u Glen Bonello.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY

Floriana Young Stars, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 5, Qormi Daikin 2, White Hart 0

KLASSIFIKA – HOCKEY 7s

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 2, Qormi Daikin, Rabat 1, Floriana Young Stars 0

Ekonomija

Sport