Sunday, December 22, 2024

“Għażla bejn baħħar bil-provi u ieħor li x’aktarx anke fil-banju għandu problema jżomm fil-wiċċ”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-indirizz tiegħu lill-folla f’Ħal Kirkop, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo tkellem dwar perjodu li fih konna kolonja, iżda kif poplu qalbieni għażel li jsemma’ leħnu waqt sempliċiment logħba futbol 77 sena ilu. Kien żmien b’żewġ għażliet sempliċi ta’ xogħol jew emigrazzjoni.

Bartolo tkellem dwar għażla sempliċi fis-26 ta’ Marzu. Tkellem kif Partit Laburista fil-gvern wera li kapaċi jħares is-saħħa, il-ħajja u l-għajxien tal-poplu waqt pandemija. Sostna li bl-istess mod se jkunu qegħdin jagħmlu llum li qegħdin nintlaqtu mill-effetti koroh tal-gwerra fl-Ukrajna.

Il-Ministru tkellem ukoll dwar Robert Abela u qal li ssoltu Prim Ministru ġdid ikollu 3,000 siegħa biex joqgħod u jibda jidhra l-irwol tiegħu, iżda żgur li Abela ma kellux dan il-lussu.

“Allura l-poplu għandu għażla ċara quddiemu ta’ baħħar bil-fatti li wera li kapaċi jbaħħar fil-maltemp u xi ħaddieħor li x’aktarx anke fil-banju għandu problema jżomm fil-wiċċ”, kompla Bartolo.

Huwa kien ċar rigward il-messaġġ konsistenti ta’ pajjiżna favur il-paċi, kontra l-gwerra, favur is-sovranità u favur li l-inkwiet jiġi solvut b’mod paċifiku għax l-ebda pajjiż kbir m’għandu jgħaffeġ pajjiż żgħir ieħor.

Ekonomija

Sport