Saturday, November 23, 2024

Għażliet flessibbli ġodda ta’ kif tħallas lura s-self għad-djar mall-BOV

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta issa qed joffri lill-klijenti li jieħdu Self ġdid għal dar ġdid l-għażla li jħallsu biss l-imgħax sal-ewwel 5 snin tas-self tagħhom. Din in-novità ġdida fil-prodottii ta’ self għal-djar mill-BOV tagħti lis-sidien tad-dar aktar flessibbilità u flus fl-idejn biex ikunu jistgħu jlestu d-dar tal-ħolm tagħhom.

Il-klijent jistggħu jagħżlu jekk jieħdux din l-opportunità jew le, li hija disponibbli għal perjodu ta’ bejn sena 1 u 5 snin, fi snin sħaħ. skont il-preferenza tal-klijent. Matul il-perjodu ta’ ħlas tal-imgħax biss, sid id-dar se jibbenefika minn pagamenti tas-self aktar baxxi u jkollu aktar likwidità biex ilesti d-dar, jerġa jibni kapital li jkun ħareġ biex jixtri d-dar, u jħalli pagamenti aktar għolja għall-futur, meta jista’ jkun li l-klijent ikollu dħul ogħla dovut għal żidiet fil-aga, promozzjonijiet jew xogħol li jħallas aktar.

Tradizzjonalment, il-pagamenti ikun maghmul minn żewġ partijiet, l-imgħax u l-kapital. L-għażla li tħallas l-imgħax biss tippermetti lill-klijenti jħallsu biss il-parti tal-imgħax li tirriżulta fi ħlasijiet lura aktar baxxi sal-ewwel ħames snin. Min ikun qed igawdi mill-fatt li jħallas biss l-imgħax fuq is-self tad-dar mill-BOV jista jagħżel li jwaqqaf dan il-benefiċċju fi kwalunkwe ħin.

‘Bħala l-akbar Istituzzjoni Finanzjarja ta’ Malta, aħna jdejjem infittxu metodi li permezz tagħhom nistgħu nappoġġaw lill-klijenti li jkunu qed ifittxu li jixtru jew ir-residenza primarja tagħhom, jew bħal investiment sekondarju jew proprjetà għall-kiri,’ qal Kenneth Farrugia, Chief Retail Banking Officer fi ħdan il-Bank of Valletta. ‘Kemm il-fatt li jitħallas l-imgħax biss, kif ukoll it-terminu tal-perjodu ta’ ħlas tal-imgħax biss, huma l-għażla tal-klijenti biex nippermettu aktar flessibbiltà, f’konformità mal-impenn tal-Bank of Valletta li jkun minn ta’ quddiem fis-suq ta’ Self għad-djar.’

Klijenti li jixtiequ jieħdu self ġdid għal dar mill-BOV ġdid u jibbenefikaw minn din il-karatteristika huma mħeġġa biex jagħmlu appuntament f’waħda mill-fergħat tal-Bank of Valletta billi jimlew il-formola https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment jew billi minn jċemplu fuq +356 21312020.

It-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra kollha tal-prodotti eżistenti rispettivi se jibqgħu fis-seħħ.

Sport