Tuesday, April 30, 2024

Ronaldo Keoman jitkeċċa fuq l-ajruplan lura lejn Barċellona

Aqra wkoll

Jingħad li Ronald Koeman tħalla ssummat wara li tilef postu bħala coach ta’ Barcelona, meta wara t-telfa 1-0 kontra Rayo Vallecano nhar l-Erbgħa, ġie deċiż li l-Olandiż jitkeċċa ftit inqas minn 15-il xahar fit-tmexxija fin-Nou Camp.

Lil Koeman qallu Joan Laporta waqt it-titjira lura lejn id-dar, u skond il-media Spanjola, il-president ta’ Barca kien ġentili ħafna fit-tkeċċija tiegħu.

Ir-rapport jgħid li Laporta għamilha ċara li ma ħa l-ebda pjaċir li keċċa lil Koeman u li xtaq li l-affarijiet kienu differenti.

Iżda l-president tal-Blaugrana ħass li bidla kienet meħtieġa wara bidu diżappuntanti tal-istaġun.

Wara dan kollu, jingħad li Koeman qata’ figura diżappuntanti b’mod mifhum u kien maqful f’konversazzjoni ma’ Rafa Yuste, id-direttur ta’ Barca li jaħdem mill-qrib mal-persunal tal-coaches.

Skond ir-rapport, l-ajruplan lura lejn il-Katalunja minn Vallecas kien ‘bħal fune­ral’ bi grad ta’ riżenja wara daqqa ta’ ħarta kbira oħra fil-ground.

Koeman ivvjaġġa lejn il-bażi tat-taħriġ ta’ Barca nhar il-Ħamis biex jgħid l-addio lill-players tiegħu, u filwaqt li telaq bil-barka tal-partitarji, jibqa’ leġġenda tal-club meta kien jilgħab magħhom u fl-1992 tahom it-Tazza taċ-Champions.

Intant Barcelona diġá qed jagħmlu progress fl-offerta tagħhom biex jaħtru lil Xavi Hernandez bħala coach bil-club ma damx biex jagħżel il-kandidat ewlieni tiegħu biex ikun is-suċċessur ta’ Koeman.

Minn dak in-nhar, Barca komplew bin- negozjati, u jidher li diġà qablu dwar ftehim ma’ Xavi innifsu bil-kuntratt  jibqa’ sej­jer sal-2024

Barca jridu jiftiehmu dwar kumpens ma’ Al-Sadd għas-servizzi tal-ex midfielder tagħhom, iżda huwa mifhum li l-partijiet kollha huma miftuħa għal ftehim, sakemm Xavi jista’ jibqa’ fit-tmexxija tal-club attwali sa nhar l-Erbgħa li ġej, 3 ta’ Novembru, meta jilagħbu t-tieni minn żewġ logħbiet wara xulxin.

Huwa mistenni li Xavi jirritorna l-Katalunja wara l-aħħar logħba, li jfisser li l-coach proviżorju, Sergi Barjuan, se jkun res­ponsabbli għall-konfront tal-lejla kontra Alaves u dak taċ-Champions League tal-ġimgħa d-dieħla ma’ Dynamo Kiev.

Sport