Saturday, February 7, 2026

“Għeluq sninek mis-sema Nannu … Nixtieq nisma’ leħnek għal darb’oħra”- il-kantanta Destiny Chukunyere

Aqra wkoll

Għeluq sninek mis-sema Nannu. Illum niċċelebrak b’mod aktar kwiet, imma b’qalb li għadha mimlija bik. Nixtieq nisma’ leħnek għal darb’oħra, nara t-tbissima tiegħek, inħoss waħda mit-tgħanniqiet tiegħek. Anke jekk m’intix hawn kif kont qabel, inħossok fil-mumenti żgħar tiegħi, fil-ħlewwa tiegħi, fil-mod kif inħobb lin-nies.

Dan kien il-messaġġ li wasslet il-kantanta lokali Destiny Chukunyere permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali fejn sostniet li hemm tant affarijiet li tixtieq tgħidlu, fosthom dwar min hi qed issir u dwar kemm hemm minnu jgħix ġewwa fiha. Qalet li xtaqet tgħidlu wkoll dwar kif xi ġranet tkun tajba u ġranet oħra timmisjah.

Fl-istess messaġġ Destiny qalet; “Nittama li taf li hawn isfel, qatt ma tintesa. Int maħbub profondament. Dejjem. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, inħobbok Inġorrkom miegħi — dejjem”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport