Friday, March 27, 2026

Għen biex waqqaf raġel milli jwettaq attakk bil-bombi fi sptar f’Leeds

Aqra wkoll

Dan seta’ kien każ ta’ qtil tal-massa, iżda raġel wieħed kellu l-preżenza tal-moħħ li jikkonvinċi aggressur terroristiku biex jabbanduna l-pjan tiegħu.

Nathan Newby ħareġ mill-isptar biex ipejjep il-vape u għal ftit arja friska, madankollu, spiċċa jikkalma attakkant ta’ bomba suwiċida peresli kellu qalbu tajba

Ir-“raġel straordinarju u ordinarju”, kif sejjaħlu mħallef, illum qed jiġi onorat b’Midalja George, it-tieni l-ogħla premju ċivili fir-Renju Unit għall-kuraġġ.

Is-Sur Newby ra lil Mohammad Farooq jidher imdejjaq u aġitat barra l-Isptar ta’ St. James f’Leeds fl-20 ta’ Jannar 2023.

Kellu l-intenzjoni li jwettaq qtil tal-massa fid-daħla tal-ġwienaħ tal-maternità, joqtol infermiera u potenzjalment pazjenti wkoll.

“[Hu] deher li forsi ried jitkellem ma’ xi ħadd jew kellu xi aħbar ħażina, allura mort u staqsejtu kif kien. U minn hemm kompliet kollox,” spjega s-Sur Newby.

Farooq, infermier apprendist fl-isptar, kellu bomba msajra taħt pressjoni mimlija b’10kg porvli f’kontenitur u ttama li joqtol l-infermiera billi jħajjarhom ‘il barra b’theddida ta’ bomba.

Is-Sur Newby, ta’ 35 sena, beda jkellem lil Farooq hekk kif deher aġitat u inizjalment ħaseb li seta’ kien imdejjaq dwar qarib marid.

Il-pazjent kien qed jirċievi l-kura fl-isptar waqt li kien għadu b’linja IV f’dirgħajh. Huwa nnota wkoll borża suspettuża ftit ’il bogħod.

Fil-ġuri tiegħu aktar tard sema’ li Farooq kien terrorist solitarju, ispirat mill-Istat Iżlamiku, u kien għażel il-mira tiegħu minħabba lment mal-infermiera fis-sala tiegħu.

Imħasseb dwar għaliex il-basket kienet waħedha, Newby staqsa lil Farooq b’mod ċar x’kien hemm ġewwa. Wara pawża, Farooq qal li kien hemm bomba fil-basket.

Huwa qal “Bqajt miegħu, nipprova nneħħilu moħħu minn dak li ried jagħmel, insir nafhu , nara jekk nistax nibdel fehmtu.”

Biex jilgħab mall-ħin, ipprova jifforma rabta mal-attakkant u b’hekk it-tnejn li huma setgħu jiftħu qalbhom ma’ xulxin. Newby imbagħad uża strateġija biex iġiegħel lill-attakkant iħossu aħjar milli kien billi għamel lilu nnifsu jidher li kien qed ibati aktar mill-attakant.

Imma Newby kien jaf li bl-iċken mossa ħażina, il-burdata ta’ Farooq setgħet tinbidel malajr.

Il-pazjent irnexxielu jġiegħel lil Farooq iħalli l-basket ħdejn bank waqt li t-tnejn li huma qagħdu bilqiegħda ‘l bogħod biex jitkellmu ma’ xulxin.

Il-ħin li Newby ħa biex jgħin lil Farooq dam madwar sitt sigħat, inkluż tentattiv fallut biex javża gwardjan tas-sigurtà fil-qrib waqt li waqaf biex ipejjep.

Is-sitwazzjoni mbagħad ħadet żvolta mhux mistennija.

“Huwa talabni nqum bilwieqfa u nagħtih tgħanniqa” spjega s-Sur Newby, u hu semgħu u għannqu. Farooq imbagħad talab lil Newby biex iċempel lill-pulizija, saħansitra offra t-telefon tiegħu wara li ra  li l-mowbajl  ta’ Newby ma kellux batterija.

Il-pulizija eventwalment wasslu l-isptar, poġġew lil Newby f’vann għas-sigurtà u arrestaw lil Farooq wara l-konfront ta’ sitt sigħat.

Farooq instab ħati s-sena l-oħra u ngħata sentenza minima ta’ 37 sena ħabs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport