Friday, December 13, 2024

Għexieren ta’ eluf jipprotestaw għal iżjed liġijiet stretti dwar l-armi fl-Istati Uniti 

Aqra wkoll

Fl-Istati Uniti, għexieren ta’ eluf ta’ dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw biex ikun hemm aktar liġijiet stretti dwar l-armi. Dan wara l-aħħar żewġ sparaturi, li ħallew numru ta’ nies mejta. 

Id-dimostranti ġarrew kartelluni f’idejhom b’messaġġi jgħidu: “irridu l-libertà li ma nkunux mhedda li jisparaw fuqna”. Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden appoġġja dawn il-protesti u sejjaħ lill-Kungress biex “jgħaddi leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-armi.” Minkejja dan, intqal li ċ-ċansijiet ta’ bidla legali x’aktarx li jiġu annullati mir-Repubblikani.

Dsatax-il tifel u tifla u żewġ adulti nqatlu fi sparatura li seħħet fl-24 ta’ Mejju li għadda fi skola f’Texas. Dan l-attakk, flimkien ma’ ieħor li seħħ ftit jiem qabel f’Buffalo, New York li fih inqatlu 10 persuni, wassal għal aktar sejħiet biex tittieħed azzjoni dwar il-kontroll tal-armi fl-Istati Uniti.

Ekonomija

Sport