“Meta AJ kellu tumur fil-moħħ, id-dinja tagħna nqalbet ta’ taħt fuq mil-lum għal għada.” Charlene u Aaron Difesa.
Din hija part mill-ittra li kitbu l-ġenituri ta’ AЈ: Għeżież Puttinu Cares u t-tim inkredibbli f’Rainbow Ward, huwa diffiċli ħafna li ssib kliem biżżeјјed biex tesprimi tassew kemm aħna grati għal dak kollu li għamiltu għall-familja tagħna.
F’nofs dik it-tempesta, Puttinu Cares kien hemm għalina. Għentuna meta ma konniex nafu minn fejn nibdew, meta ma konniex nafu fejn se noqogħdu, u meta kollox ħassejnieh kbir wisq.
Grazzi speċjali ħafna lil Angele u Rennie. Il-qalb tajba, il-paċenzja, u l-appoġġ tagħkom fissru aktar għalina milli jistgħu jiddeskrivu l-kliem. Dejjem kontu hemm meta kellna bżonn l-għajnuna, il-faraġ, jew sempliċement xi ħadd li fehem minn xiex konna għaddejjin. Dak li messna l-aktar kien kemm ħadt ħsieb AJ.
Qatt mhu se ninsew dak li għamilt għalina

