Saturday, December 28, 2024

Għomor il-ħabs għal omm li qatlet lil uliedha fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Omm ta’ 50 sena minn Idaho ġiet ikkundannata għomor il-ħabs talli qatlet iż-żewġt itfal iż-żgħar tagħha u kkonfoffat fil-qtil tal-eks mara ta’ żewġha. Lori Vallow Daybell, ta’ 50 sena, instabet ħatja ta’ qtil tal-ewwel grad.

F’Mejju li għadda hija instabet ħatja wkoll fuq akkużi ta’ konfoffa. Għalhekk ġie ikkonfermat mill-Qorti tal-Istati Uniti li Lori qatlet lil binha Joshua “JJ” Vallow ta’ seba’ snin u lil bintha Tylee Ryan ta’ 16-il sena.

Il-katavri tagħhom instabu midfuna fid-dar ta’ żewġha Chad Daybell lura għal l-2020. Nhar it-Tnejn, l-Imħallef Steven Boyce ikkundanna lil Vallow għomorha l-ħabs. Waqt li kienet qegħda tingħata is-sentenza, l-Imħallef Boyce qal; “ Dan huwa l-aktar tip ta’ qtil makabru għax ma nafx kif omm tasal li toqtol lil uliedha stess”.

Fil-Qorti kien hemm diversi xhieda lkoll kienu emozzjonti. Fost ix-xhieda preżenti kien hemm ħuhom il-kbir Colby Ryan, li huwa u jixhed qal li kemm Tyle u kif ukoll JJ ġabu ħafna ferħ u dawl kemm fil-familja u kif ukoll fid-dinja. Huwa żied jgħid li jxtieq li ħutu li sfaw vittmi, jjiġu imfakkra għal min kienu u ma jkunu biss spettaklu għad-dinja.

Fil-Qorti, Wallow ċaħdet li qatlet lil uliedha. Fix-xhieda tagħha hija qalet li tkellmet ma’ Ġesù u li dan qalilha li uliedha u Tammy Daybell kienu ferħanin u impenjati ħafna fis-sema. Wallow qalet ukoll li Ġesù Kristu jaf li ħadd ma nqatel f’dan il-każ. Qalet ukoll li l-ispirti tat-tliet vittmi kienu jżuruha spiss u kienu qalulha li m’għamlet xejn ħażin.

Ekonomija

Sport