Ġurija tal-Kontea ta’ Schenectady ikkundannat lil tfajla ta’ 26 sena għal għal għomor il-ħabs wara li kienet hi li kkawżat il-mewt ta’ bintha ta’ 11-il xahar.
Il-prosekuturi qalu li l-inċident seħħ f’Marzu 2024 f’Schenectady, fejn Nelson ħalliet lit-tarbija f’pajp tad-drenaġġ waqt kundizzjonijiet kiesħa tat-temp. L-eżaminaturi mediċi aktar tard iddeterminaw li t-tarbija mietet b’ipotermja.
Skont ix-xhieda fil-Qorti, minn filmati li kien hemm mill-viċinanzi u minn dikjarazzjonijiet tax-xhieda wrew li Nelson telqet miż-żona, li ħalliet lit-tarbija waħidha u li ma fittxet ebda għajnuna. Il-ġurija sabitha ħatja ta’ qtil volontarju, qtil involontarju, u periklu għat-tfal.
Fis-sentenza, l-imħallef ċaħad l-allegazzjonijiet li l-inċident kien aċċidentali, billi sejħet l-azzjonijiet intenzjonati, u impona l-massimu tas-sentenza permessa mil-liġi ta’ New York. Min-naħa tagħha, l-akkużata tat l-apoloġija tagħha fil-Qorti..

