Thursday, November 7, 2024

Gianluca Atzori vvutat l-Aqwa Coach tal-Kampjonat Premier

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Floriana, Gianluca Atzori, ġie vvutat l-Aqwa Coach tal-Kampjonat Premier fl-ewwel edizzjoni tal-Malta Football Coaches Association Awards, li saret is-Sibt filgħaxija fis-sala taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali.

Ir-runner-up kien Thane Micallef ta’ Gudja United.

Fiċ-Challenge League, Brian Spiteri ta’ Zebbug Rangers ġie vvutat bħala l-Aqwa Coach b’Jacques Scerri ta’ Pembroke Athleta jispiċċa bħala runner-up.

George Magri ta’ Zurrieq rebaħ il-premju għall-Aħjar Coach tan-National Amateur League b’Daniel Agius ta’ Attard item fit-tieni post.

Fil-Youth League, Ivan Casha ta’ Hamrun Spartans rebaħ l-unur tal-Aqwa Coach b’Matthew Caruana ta’ Kirkop United jispiċċa bħala runner-up.

Melania Bajada ta’ Birkirkara rebħet il-premju għall-Kampjonat tan-Nisa filwaqt li Gabriel Dobre rebaħ il-premju għall-Kampjonat tal-Futsal.

Matthew Psaila (Pietá Hotspurs) u Carlos Dimech (Valletta) rebħu l-premjijiet riservati għall-Kampjonati ta’ taħt is-17 u l-15-il sena rispettivament.

Intant, l-ex coach nazzjonali ta’ Malta u ex coach ta’ Hamrun Spartans, Valletta, Floriana u Sliema Wanderers, fost oħrajn, Tony Formosa, rebaħ il-Premju Speċjali għall-Karriera.

Lista sħiħa tal-unuri mirbuħa:

Rebbieħ tal-Premju għall-Aqwa Coach tal-Premier League: Gianluca Atzori (Floriana). Runner-Up: Thane Micallef (Gudja United)

Rebbieħ tal-Premju għall-Aqwa Coach taċ-Challenge League: Brian Spiteri (Zebbug Rangers). Runner-Up: Jacques Scerri (Pembroke Athleta)

Rebbieħ tal-Premju għall-Aqwa Coach tan-National Amateur League: George Magri (Żurrieq). Runner-Up: Daniel Agius (Attard)

Rebbieħ tal-Premju għall-Aqwa Coach tal-Youth League: Ivan Casha (Hamrun Spartans). Runner-Up: Matthew Caruana (Kirkop)

Rebbieħ tal-Premju għall-Aqwa Coach tal-Kampjonat ta’ taħt is-17-il sena: Matthew Psaila (Pieta’ Hotspurs).

Rebbieħ tal-Premju għall-Aqwa Coach tal-Kampjonat ta’ taħt il-15-il sena: Carlos Dimech (Valletta).

Rebbieħa tal-Premju tal-Aqwa Coach tal-Kampjonat tan-Nisa: Melania Bajada (Birkirkara).

Rebbieħ tal-Premju għall-Aqwa Coach tal-Kampjonat tal-Futsal: Gabriel Dobre (Luxol)

Premju Speċjali MFCA: Tony Formosa

Sport