Il-goalkeeper tal-Italja u ta’ Paris St-Germain, Gianluigi Donnarumma u s-sieħba tiegħu ġew attakkati u misruqa f’darhom f’Pariġi.
Il-koppja kienet fil-mira ta’ diversi persuni u marbuta fl-appartament tagħhom fit-tmien distrett fiċ-ċentru tal-kapitali, qalu sorsi tal-pulizija lill-midja Franċiża. Imbagħad jingħad li kellhom jaħarbu f’lukanda fil-qrib. L-allarm tqajjem mill-persunal tal-lukanda u l-koppja ttieħdet l-isptar.
“Infetħet investigazzjoni fuq akkużi ta’ serq bl-armi minn grupp organizzat u vjolenza aggravata wara l-avvenimenti li seħħew matul il-lejl f’post is-Sur Donnarumma,” qal kelliem għall-uffiċċju tal- prosekutur ta’ Pariġi.
Rapporti mhux konfermati fuq sit tal-aħbarijiet jgħidu li l-attakkanti ħarbu b’ġojjelli, arloġġi u oġġetti tal-ġilda lussużi li jiswew sa €500,000.
Il-player weġġa’ ħafif filwaqt li s-sieħba tiegħu, il-mudella Alessia Elefante, ma weġġgħetx, qalu sorsi lill-media Franċiża.