Monday, May 6, 2024

TTD tan-Nisa: L-Istati Uniti jibdew id-difiża b’rebħa fuq il-Vjetnam

Aqra wkoll

Iċ-champions tad-dinja renjanti, l-Istati Uniti, bdew id-difiża tagħhom  b’rebħa ta’ 3-0 fuq id-debuttanti Vjetnam, fil-belt ta’ Auckland. 

Quddiem 41,107 spettatur, huma daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ żewġ goals permezz ta’ doppjetta ta’ Sophia Smith (14, 45). 

Smith, waħda mill-14-il player fl-iskwadra li kienu qed jilagħbu fl-ewwel Tazza tad-Dinja tagħhom, fetħet l-iskor b’xutt djagonali li spiċċa fir-rokna tax-xibka.

It-tieni wasal fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima liema goal ingħata wara deċiżjoni tal-VAR minħabba pożizzjoni dubjuża ta’ offside. 

Imbagħad, fit-78 minuta, l-Amerikani ssiġillaw ir-rebħa minn Lindsey Horan li kkonkludiet mill-pass ta’ Smith. 

Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-goalkeeper Vjetnamiża laqgħet il-penalty mogħti minn Alex Morgan għal foul fuq Trinity Rodman.

Il-Vjetnam rari qabżu nofs il-ground iżda fejn ipproduċew prestazzjoni difensiva konxji mill-fatt tal-qawwa tal-Istati Uniti biex iżommu l-iskor rispettabbli.

Sport