Friday, December 27, 2024

Gianni Infantino ri-elett bħala l-president tal-FIFA

Aqra wkoll

Il-president tal-FIFA, Gian­ni Infantino, jgħid li hemm bżonn ta’ “ħafna aktar” football wara li reġa’ jiġi elett sal-2027.

Il-korp governattiv tal- football dinji din il-ġimgħa ħabbar Tazza tad-Dinja tal-2026 estiża u żvela Tazza tad-Dinja tal-Clubs ġdida bi 32 team.

Iżda l-espansjoni tal-ka­lendarju tal-football ġiet ik­kritikata mill-għaqdiet tal- players u La Liga.

“Meta nisma’ li hemm wisq football, iva, forsi f’xi postijiet, iżda mhux kullim­kien,” qal Infantino.

“Fil-fatt, f’ħafna nħawi tad-dinja ma hemmx biżżej­jed football milgħub.

“Għandna bżonn ħafna aktar u mhux inqas kompetizzjonijiet, irridu li l-football jiżviluppa madwar id- dinja.

“Qed niddiskutu l-orga­nizzazzjoni ta’ Tazza tad- Dinja tal-Clubs tan-Nisa u FIFA World Series f’Marzu kull sentejn, meta t-timijiet ikunu ħielsa milli jilagħbu kwalifikazzjonijiet.”

Infantino, li ġie elett mill-ġdid fit-73 Kungress tal-FIFA f’Kigali, ir-Rwanda lbieraħ, iddiskuta wkoll il-possibbiltà li jiddaħħal limitu fis-salarju fil-football. “Irridu ntejbu r-regolamenti tagħna u l-istatuti tal-FIFA,” huwa qal.

“Se nkomplu nevolvu l-prinċipji tagħna ta’ gover­nanza tajba u nħarsu lejn is-sistema tat-trasferimenti, u forsi jkollna diskussjoni biex intejbu t-trasparenza tat-tariffi u s-salarji tat-trasferimenti.

Meta tkellem dwar il- logħba tan-nisa fir-rimarki tal-għeluq tiegħu, Infantino qal: “Il-missjoni tagħna se tkun tista’ li jkollna ugwaljanza fil-pagamenti għat-Tazza tad-Dinja tal-irġiel tal-2026 u tan-nisa tal-2027,” qal Infantino.

Infantino, 52 sena, ħa post laħaq Sepp Blatter bħala President tal-FIFA fl-2016, żamm ir-rwol fl-2019 u reġa’ ġie elett mingħajr oppożiz­zjoni għal mandat ieħor ta’ erba’ snin.

 “Huwa unur u privileġġ inkredibbli, u responsabbil­tà kbira,” qal Infantino wara l-elezzjoni mill-ġdid tiegħu.

“Inwiegħed li nkompli nservi lill-FIFA u lill-football madwar id-dinja.

“Lil dawk li jħobbuni, u naf li hemm ħafna, u dawk li jobogħduni … inħobbkom ilkoll.”

Ekonomija

Sport