Tuesday, May 14, 2024

It-Torok wara t-terremot, issa mgħarqin taħt l-ilma

Aqra wkoll

Hekk kif biss ftit ġimgħa wara t-terremot li heżżeż partijiet mit-Turkija, l-istess partijiet mill-pajjiż issa spiċċaw mgħarrqin taħt l-ilma konsegwenza ta’ għargħar.

S’issa kawża tal-għargħar ġew ikkonfermati 14-il persuna mejta u ħafna aktar għadhom mitlufin.

Filmati li qegħdin iduru fuq il-midja soċjali juru persuni jinġarru mill-ilmijiet u ammont kbir ta’ karozzi jitkissru ma’ xulxin. Minħabba l-għargħar kompliet issir aktar diffiċli biex tkompli l-operazzjoni mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex ikomplu jneħħu t-terrapien tal-binijiet li ġġarfu kawża tat-terremot.

Minħabba li l-ħaddiema tas-salvataġġ ma setgħux ilaħħqu mal-ammont kbir tat-talbiet biex isalvaw persuni, nies ċivili li kellhom inġenji kbar bħal gafef marru huma jwettqu operazzjonijiet tas-salvataġġ.

B’dak li qed jiġri qed tkompli tikber il-pressjoni fuq il-President Tork biex jirriżenja minħabba li l-ħaddiema tas-salvataġġ tal-pajjiż ma kinux lesti għal tali sitwazzjoni.

Filmat ieħor li qed idur fil-midja soċjali juri raġel libes ġlekk u ingravata jinġarr mal-kurrent u kien qed jipprova jżomm ma’ biċċa injama. Konsegwenza tal-qawwa tal-kurrent ir-raġel spiċċa fis-sistema tad-dranaġġ u s’issa għadu ma nstabx.

Sport