Sunday, December 29, 2024

“Ġibt għajnejja wara widnejja bil-ħmerijiet li bdejt nisma’”

Il-Ministru jsostni li ma saritx distinzjoni bejn emendi diskussi fil-Parlament

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kwalunkwe kelma żejda u nieqsa tista’ twassal għal affarijiet li ma nixtiqux meta nitkellmu dwar suġġett sensittiv bħalma huwa l-immigrazzjoni”. Qal dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri waqt li kien qiegħed jitkellem b’reazzjoni għal dak li ntqal mid-deputati l-oħrajn dwar l-immigrazzjoni.

Il-Ministru Camilleri qal li sa mill-ftuħ tad-diskors tiegħu kien ċar li kemm bħala Ministru, kif ukoll bħala Gvern se jara li ssir distinzjoni bejn dawk li verament għandhom bżonn l-għajnuna u ażil u dawk li qegħdin jidħlu f’pajjiżna illegalment.

Rigward dak li ntqal, il-Ministru qal li kien hemm drabi li ġab għajnejh wara widnejh bil-ħmerijiet li beda jisma’ waqt id-diskussjoni dwar dan is-suġġett. Hu għamilha ċara li kien hemm membri min-naħa tal-Oppożizzjoni li kienu meqjusin fi kliemhom, iżda kien hemm oħrajn li qalu ħmerijiet mill-bidu sal-aħħar.

Huwa sostna li jeħtieġ li l-parlament jagħmel distinzjoni bejn l-emendi li jitrattaw il-ħarsien ta’ minuri jew dawk li jgħidu li huma minuri, u dawk li jitrattaw lil dawk li jidħlu f’pajjiżna illegalment u li m’għandhom id-dritt li jidħlu hawn 

“Iddispjaċieni nisma’ ċertu insentittività u nispera li kien żball ġenwin riżultat ta’ nuqqas ta’ preparazzjoni”, temm jgħid Camilleri.

Ekonomija

Sport