Saturday, May 18, 2024

Erling Haaland jasal Manchester biex jiffirma ma’ Man City

Aqra wkoll

Erling Haaland wasal f’Manchester hekk kif huwa ffinalizza l-formalitajiet finali tat-trasferiment tiegħu minn ma’ Borussia Dortmund għal maċ-champions tal-Premier League, Man City.

Man City kienu ħabbru ġimgħatejn ilu li l-internazzjonali Norveġiż se jingħaqad mal-iskwadra ta’ Pep Guardiola għall-istaġun li ġej wara li għelbu lil Real Madrid għall-firma tiegħu.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena niżel fl-Ajruport ta’ Manchester b’jet privat it-Tlieta wara nofsinhar minn Barcelona fejn għadda minn testijiet mediċi u se jiltaqa’ mad-diriġenti ta’ Man City illejla.

Sport