Tuesday, May 14, 2024

Il-Ministru għall-Ġustizzja fiduċjuż dwar qbil fid-diskussjoni b’rabta mal-femiċidju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard kompla dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali. Tkellem dwar il-kuraġġ ta’ pajjiżna li jindirizza l-problema tal-femiċidju. Filwaqt li fakkar kif, b’dawn l-emendi, se jkun hemm pieni eħrex f’dawn it-tip ta’ reati, anke jekk sfortunatament ma jfissirx li dawn se jwaqqfuhom milli jkomplu jsiru. Dan ifisser li f’każi fejn l-Imħallef isib li reat ikun ġie motivat minn femiċidju, dan għandu jagħti piena ħarxa.

Attard qal li ħadd ma jixtieq jara lil bintu tmut għax hi mara u stqarr jgħid dan anke bħala missier ta’ żewġt ibniet. Qal li ċertament hemm qbil li bejn iż-żewġ naħat tal-kamra dwar il-fatt li l-ebda mara jew tifla trid tgħix f’soċjetà li tonqosha għax hi mara u għalhekk l-għan tal-bidla fil-liġi huwa li tagħti vuċi lil dawk li jbatu fis-skiet.

Huwa qal li jinsab fiduċjuż li fuq dan is-suġġett se jkun hemm diskussjoni matura minn naħa tal-Oppożizzjoni.

Sport