It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena se jkun qed jerġa’ fl-azzjoni x-xahar id-dieħel fl-aħħar partiti ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Grupp C hekk kif se jkunu qed jilqgħu lis-Slovakkja qabel ma jivvjaġġaw lejn Spanja għal dan it-tieni konfront ta’ Ġunju.
Il-coach Gilbert Agius għażel skwadra proviżorja ta’ 28 player għal dan id-double header ta’ Ġunju qabel tmiem iċ-ċiklu u l-kompetizzjoni attwali.
Il-goalkeeper ta’ Birkirkara Amara Sylla se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fl-iskwadra, fejn se jkun qed jirritorna wkoll Karl Mohnani li huwa bbażat fl-Ingilterra, fejn jilgħab ma’ Swansea University.
Ta’ min jinnota wkoll ir-ritorn fl-iskwadra tal-player ta’ esperjenza ta’ Valletta f’dan il-livell Shaun Dimech li żgur se jkun figura vitali għall-coach Agius hekk kif it-team se jkun qed jikkompeti biex iżid mas-sitt punti li għandu fil-klassifika.
It-team se jkun qed jistrieħ ukoll fuq il-preżenza ta’ players stabbiliti f’din l-iskwadra, fosthom il-captain Ayrton Attard, Marcus Grima, Christian Gauci, u Carlo Zammit Lonardelli.
Skwadra proviżorja ta’ 28 player:
Goalkeepers – Rashed Al-Tumi (Sliema Wanderers), Dylan Ciappara (Mosta FC), Matthias Debono (Hamrun Spartans FC), Amara Sylla (Birkirkara FC).
Difensuri – Matthew Ellul (Hibernians FC), Christian Gauci (Valletta FC), Zean Leonardi (Pieta’ Hotspurs FC), Glenn Mifsud (Zebbuġ Rangers FC), Sheldon Mizzi (Pieta’ Hotspurs FC), James Vella (San Ġwann FC), Carlo Zammit Lonardelli (Sirens FC).
Midfielders – Ayrton Attard (Hibernians FC), Jean Paul Attard (Gżira United FC), Adam Bradshaw (Balzan FC), Aleandro Garzia (Floriana FC), Jake Ghio (Pieta’ Hotspurs FC), Marcus Grima (Balzan FC), Sheldon Mackay (Valletta FC), Karl Mohnani (Swansea University FC), Andreas Vella (Floriana FC).
Attakkanti – Jamie Carbone (Santa Lucia FC), Matthew Debattista (Melita FC), Shaun Dimech (Valletta FC), Joshua Micallef (Luqa SA FC), Dale Mifsud (San Ġwann FC), Bradley Sciberras (Floriana FC), Joseph Zammit (Nadur Youngsters FC), Andrea Zammit (Valletta FC).