Friday, April 19, 2024

ARA: It-tbatija tat-tfal Ukreni tispikka fil-filmat uffiċjali ta’ ‘Stefania’

Aqra wkoll

Ftit sigħat wara li Kalush Orchestra ġew dikjarati rebbieħa tal-Eurovision Song Contest, beda jinxtered il-filmat uffiċjali tal-kanzunetta rebbieħa ‘Stefania’.

Fil-filmat miġbud minn postijiet fl-Ukrajna li sfaw fil-mira tal-attakki Russi, jispikkaw it-tbatijiet tal-poplu fosthom dawk l-aktar ċkejknin li mingħajr ma jafu x’qed jiġri jispiċċaw jinġarru mill-adulti minn post għall-ieħor.

Waħda mix-xeni fil-filmat mużikali turi l-biża’ fost it-tfal Ukreni

F’konferenza tal-aħbarijiet wara r-rebħ tal-Eurovision, l-artisti Ukreni qalu li ma rebħux il-festival minħabba l-gwerra. Żiedu jgħidu li huma kienu mal-favoriti sa minn qabel l-invażjoni u li s-sena d-dieħla l-Eurovision jittella’ f’Ukrajna ħielsa.

YouTube video

Sport