Friday, May 3, 2024

Kylian Mbappe se jingħaqad ma’ Liverpool?

Aqra wkoll

Fil-media Spanjola ħarġet l-aħbar li l-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ 23 sena, Kylian Mbappe,  jista’ jingħaqad ma’ Liverpool. 

Minkejja li kollox qed jindika li l-player ta’ Paris St Germain se jingħaqad ma’ Real Madrid wara li naqas li jilħaq ftehim biex jiġġeddidlu l-kuntratt mal-Pariġini hekk kif fi tmiem l-istaġun jintemmlu l-kuntratt, issa tfaċċa t-tielet club. 

Għalkemm xejn ma ġie konfermat … qed jissemma’ l-club Ingliż bħala t-tieni destinazzjoni.

Iżda Liverpool kemm se jkunu komdi li jħallsu €150 miljun għall-firma ta’ Mbappe?! 

Sport