Sunday, December 22, 2024

Gilbert Agius isejjaħ skwadra ta’ 30 player għal kontra l-Litwanja u s-Slovakkja

Aqra wkoll

Il-coach tat-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Gilbert Agius sejjaħ skwadra ta’ 30 player qabel id-double header kontra l-Litwanja u s-Slovakkja, biż-żewġ partiti li se jintlagħbu barra minn darna. L-iskwadra se tieħu sehem f’kamp ta’ taħriġ hawn Malta qabel ma tivvjaġġa bħala parti mill-impenji tat-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena fi Grupp Ċ fil-Kampjonat Ewropew U21 tal-UEFA 2023. Il-lista se titnaqaas għal 23 aktar tard il-ġimgħa d-dieħla.

Il-coach Agius introduċa numru ta’ uċuh ġodda fil-lista. It-trio ta’ Pietà Samuel Okoh, Jake Ghio u Sheldon Mizzi ssejħu għall-ewwel darba, flimkien ma’ Joshua Micallef ta’ Luqa St Andrews u Larens Vella ta’ Rabat Ajax.

S’issa Malta lagħbet żewġ logħbiet f’din l-avventura ta’ Grupp C, inkluża rebħa mill-aqwa f’Settembru ġewwa darna kontra l-Irlanda ta’ Fuq (4-1). Huma ġew megħluba bi skor kbir fit-tieni logħba tagħhom li ntlagħbet fir-Russja (6-0).

Malta tilgħab kontra l-Litwanja fit-8 ta’ Ottubru fil-5.30pm (ħin lokali) u erbat ijiem wara kontra s-Slovakkja fit-12 ta’ Ottubru fl-4.30pm (ħin lokali).

L-iskwadra Maltija hija:

Goalkeepers: Dylan Ciappara (Mosta FC), Rashed Al-Tumi (Nocerina), Matthias Debono (Hamrun Spartans), Cain Formosa (San Gwann), Amara Sylla (Birkirkara)

Difensuri: Ismael Borg (Sirens FC), Matthew Ellul (Hibernians), Christian Gauci (Valletta), Karl Mohnani (Melita), Samuel Okoh (Pieta Hotspur), Owen Spiteri (Floriana), Carlo Zammit Lonardelli (Sirens)

Midfielders: Ayrton Attard (Hibernians), Jean Paul Attard (San Gwann), Adam Bradshaw (Balzan), Aleandro Garzia (Floriana), Jake Ghio (Pietá Hotspurs), Marcus Grima (Balzan), Liam McKay (Santa Lucia), Sheldon Mizzi (Pietá Hotspurs), Bradley Sciberras (Floriana), Andreas Vella (Santa Lucia)

Attakkanti: Jamie Carbone (Santa Lucia), Victor Degiorgio (Maryville Saints), Jake Engerer (Sliema Wanderers), Sebastian Grech (Sliema Wanderers), Joshua Micallef (Luqa St Andrews), Jamie Sixsmith (St Andrews), Mattia Veselji (Floriana), Larens Vella (Rabat Ajax)

Ekonomija

Sport