Wednesday, October 9, 2024

Ġimgħa deċiżiva għall-Blackball lokali

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa jintlagħbu l-finali tal-kampjonati ewlenin tal-Blackball li bihom jagħlqu l-istaġun 2023/24 li kien wieħed ferm impenjattiv.

Illejla tintlagħab il-finali tal-Amateur League fejn Birkirkara Boċċi jaffrontaw lil Qormi Anici E filwaqt li għada San Ġwann Tiki Taka B jilagħbu kontra Qormi Anici D fil-finali tal-Community League.

L-Erbgħa jkun hemm il-finalissima tar-Regional League fejn Ħamrun 147 C jiltaqgħu kontra t-tim D tagħhom.

Fil-finali taċ-Challenge League, Qormi Anici A se jkollhom sfida delikata kontra San Ġwann Nick’s A nhar il-Ħamis li ġej sabiex il-Ġimgħa li ġej tintlagħab il-finali tal-ogħla diviżjoni tal-Blackball fejn miċ-Cisk Premier League, Ħamrun 147 A jaffaċċjaw lil Cospicua Rangers.

Il-logħbiet se jibdew kollha fis-7pm u jintlagħbu fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara.

Sport