Hekk kif kważi se jitilfu lil Kim Min Jae li mistenni jtemm l-avventura tiegħu fi Stadio Diego Armando Maradona, iċ-champions il-ġodda Taljani Napoli qegħdin ifittxu sostitut denju għalih.
Għajnejn id-diriġenti Naplitani marru fuq id-difensur ta’ Atalanta Giorgio Scalvini.
Dan tal-aħħar għandu 19-il sena u minkejja l-eta’ żagħżugħa tiegħu diġa’ lagħab 46 partita ma’ Atalanta f’sentejn filwaqt li skorja tliet gowls.
Anke l-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Roberto Mancini sejjaħlu u lagħbu erba’ darbiet u għalhekk hu l-plejer tal-futur li wieħed għandu jħares lejh.