Monday, August 3, 2026
Home Sport Romelu Lukaku lura ma’ Chelsea?

Romelu Lukaku lura ma’ Chelsea?

0
428

Hekk kif l-attakkant veteran Belġjan Romelu Lukaku se jitlaq lil Inter fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, ġaladarba Mauricio Pochettino jieħu l-kariga, hu jkun jista’ jkompli l-avventura tiegħu mal-klabb minn Londra.

Lukaku jinsab fuq bażi ta’ self ma’ Inter u dan l-istaġun mhux li tant kien tajjeb għalih.

Jingħad li Pochettino jista’ jagħti ħajja lil dan il-plejer u jagħmlu wieħed importanti.

Lukaku għandu 29 sena u fl-istaġun 2021/22 ma’ Chelsea lagħab 26 logħba filwaqt li skorja tmien gowls.