Waqt li kien qed jitkellem f’intervista ma’ gazzetta sportiva Taljana Giovanni Kean, li jiġi ħu l-attakkant ta’ Juventus Moise Kean tkellem fit-tul dwar il-ħajja tagħhom fl-Italja iżda d-diskors waqa’ proprju fuq ħuh.
Giovanni qal li ħuh hu wieħed li xi kultant ma jaħsibhomx għalkemm ikkonferma li jixtieq jibqa’ ma’ Juventus. Minkejja li diversi spekulazzjonijiet kienu jgħidu li seta’ jitlaq mill-Allianz Stadium, Giovanni sostna li Moise jinsab ferm għal qalbu jilbes il-flokk iswed u abjad tal-klabb u se jibqa’ jilgħab f’Turin sa tmiem il-kuntratt tiegħu.