Thursday, April 18, 2024

Inter iħarsu lejn goalkeeper ieħor

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Inter qed jevalwaw diversi possibbiltajiet sabiex isibu gowlkiper ieħor għall-istaġun li ġej.

Hekk kif il-goalkeeper Sloven Samir Handanovic se jkun qed jilgħab l-aħħar xhur fil-belt ta’ Milan, id-diriġenti Piero Ausilio u Beppe Marotta qed jevalwaw il-progress tal-gowlkiper ta’ Volendam, Filip Stankovic. Dan tal-aħħar hu iben Dejan li xi darba kien jilbes il-flokk tal-klabb.

Sadanittant hu ferm diffiċli li Ionut Radu jerġa’ jirritorna wara diversi żbalji li għamel meta lagħab filwaqt li Andre Onana jibqa’ l-ewwel għażla b’ Alex Cordaz li lest li jibqa’ it-tielet goalkeeper.

Ekonomija

Sport