Thursday, April 18, 2024

Italja v Ingilterra fit-23 ta’ Marzu, f’Napli

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni tal-Futbol Taljana FIGC ħabbret li l-ewwel logħba uffiċjali tas-sena 2023 tat-tim nazzjonali se tkun fit-23 ta’ Marzu fi Stadio Diego Armando Maradona kontra t-tim nazzjonali Ingliż. 

Il-FIGC għażlet dan il-post għax taf li l-partitarji Naplitani jħobbu lit-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom u żgur li se jagħtu s-sapport kollu meħtieġ f’din il-partita ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2024 fi grupp li jinkludi wkoll lil Malta.

L-Ingilterra u l-Italja ltaqgħu 30 darba kontra xulxin fejn 11-il darba rebħu Gli Azzurri u tmien konfronti ntrebħu mill-Ingliżi. Mill-banda l-oħra, 11-il logħba spiċċaw fi draw. 

Ekonomija

Sport