Thursday, April 18, 2024

Paris SG interessati f’Joao Felix

Aqra wkoll

Paris St Germain jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Portugiż Joao Felix. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u bħalissa jinsab fuq il-kotba ta’ Atletico Madrid. 

Minkejja kollox, Felix xejn ma jinsab għal qalbu mal-Colchoneros u hu viċin li jitlaq lit-tim Spanjol.

Huwa għalhekk li ċ-champions Franċiżi qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jakkwistawh għax jafu li hu attakkant tajjeb. Dan jista’ jkun it-tielet klabb taż-żagħżugħ Portugiż wara ż-żmien li għamel ma’ Benfica.

Ekonomija

Sport