Wednesday, April 24, 2024

Titħabbar il-mewt tal-kantanta Irene Cara

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-kantanta Irene Cara fl-età ta’ 63 sena. Hija tibqa’ mfakkra għall-kanzunetta tal-film Flashdance li ħareġ fl-1983. Hija kienet rebħet Oscar kif ukoll Grammy Award għall-kanzunetta “Flashdance… What a Feeling”, li hija kienet il-kantawtriċi tagħha.

Imwielda fl-1959 fi New York, Cara kienet l-iżgħar minn ħamest itfal u bdiet il-karriera tagħha fuq it-televiżjoni bil-lingwa Spanjola. Wara li rrekordjat xi siltiet mużikali meta kienet żgħira, kemm bl-Ispanjol kif ukoll bl-Ingliż, hija kompliet tidher f’numru ta’ musicals.

Iżda kien fl-1980 li Cara kisbet fama meta għamlet ir-rwol ta’ Coco Hernandez fil-film Fame.

Il-prestazzjoni tagħha għenitha biex tiġi nominata għall-Aħjar Attriċi fil-Golden Globe Awards tal-1981.

Il-mewta tagħha tħabbret dalgħodu fuq il-profili tal-midja soċjali tagħha stess. Sa issa għadha mhix magħrufa l-kawża tal-mewt tagħha.

YouTube video

Sport