Wara li tħabbret ir-riżenja tal-coach Andrew Cohen minn ma’ Gzira United, il-coach Taljan Giovanni Tedesco se jkun is-suċċessur tiegħu sa tmiem l-istaġun.
Din hija t-tieni darba li Tedesco se jmexxi lill-Maroons bl-ewwel avventura tiegħu tkun dik bejn it-23 ta’ Awwissu, 2019 u d-19 ta’ Jannar, 2020.
B’kollox huma mexxihom fi 15-il partita li minnhom rebaħ 8 rebħiet, 4 draws u 3 telfiet.
F’Malta huwa mexxa bosta timijiet fosthom Floriana, Birkirkara, Hamrun Spartans, Valletta, Sirens u Sta Lucia.