Tuesday, November 26, 2024

Ġirien ta’ Miriam Pace jitolbu kumpens għall-ħsara li saret fuq il-proprjetà tagħhom

Aqra wkoll

Is-sidien ta’ tliet proprjetajiet maġenb sit ta’ kostruzzjoni, li wassal biex iġġarrfet dar u nħasdet il-ħajja ta’ Miriam Pace sentejn ilu, fetħu proċeduri fil-Qorti biex jingħataw kumpens għall-ħsara li saret fuq il-proprjetà tagħhom.

F’żewġ protesti ġudizzjarji quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, il-familja Zerafa, rappreżentati mill-avukat Matthew Bondin u l-familji Sammut, Rapa u Portelli Hoal rappreżentati mill-Avukati Marycien Vassallo, ressqu talba għad-danni mingħand MCZM Developers Ltd, id-Diretturi tagħha Elton Joseph Caruana, Malcolm Mallia, Matthias Mallia, Amanda Muscat, Christopher Zarb u Simon Zarb kif ukoll il-kuntrattur LK Limited u s-sid tal-kumpanija, Ludwig Dimech, il-periti Roderick Camilleri u Anthony Mangion u l-impjegat ta’ LK Ltd Nicholas Spiteri.

Miriam Pace kienet instabet mejta qalb it-tifrik wara li ġġarrfet darha nhar it-2 ta’ Marzu 2020. Il-ġirien tagħha qalu li għalkemm il-proprjetajiet tagħhom kienu ġarrbu ħsarat fl-inċident, ma saru l-ebda xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew tiswija fuq l-istess proprjetajiet minn dakinhar tal-inċident. Spjegaw li dan qed iġegħelhom isofru minn danni pekunjarji kif ukoll danni morali. 

Sport