Tuesday, May 14, 2024

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija Ġermaniżi maqtula qrib Kusel fil-Ġermanja

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija nqatlu b’tiri fil-Punent tal-Ġermanja waqt waqfa ta’ rutina tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.20 a.m. x’ħin il-pulizija waqqfu vettura fid-distrett ta’ Kusel f’Rhineland-Palatinate.

Fuq il-post inqatlu uffiċjal raġel ta’ 29 sena u uffiċjal mara ta’ 24 sena. Din tal-aħħar kienet għadha student fl-akkademja tal-pulizija.

Il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxijiet tagħha għall-allegat aggressur/i li wettqu dan ir-reat. It-toroq fl-inħawi ngħalqu u l-awtoritajiet ħeġġew lin-nies biex ma jrikkbux fil-vetturi tagħhom “hitchhikers”, hekk kif minn tal-inqas suspettat wieħed hu armat.

L-uffiċjali ssoktaw it-tfittxijiet tagħhom ukoll fl-istat ta’ Saarland. Xi dettalji tal-inċident għadhom mhux ċari. Sa issa m’hemm l-ebda deskrizzjoni tal-aggressuri, tal-vettura jew id-direzzjoni li ħadu.

Sport