Friday, November 15, 2024

Giro D’Italia: Il-Belġjan Dries De Bondt jirbaħ it-18-il stadju

Aqra wkoll

Iċ-ċiklist Belġjan, Dries De Bondt (Alpecin-Fenix) rebaħ it-18-il stadju tal-Giro D’Italia li kien bejn Borgo Valsugana u Treviso fuq distanza ta’ 156 kilometri.

Fid-dritta finali huwa għeleb l-isfida tat-Taljan Edoardo Affini (Team Jumbo-Visma), id-Daniż Magnus Cort (EF Education-EasyPost)u t-Taljan Davide Gabburo (Bardiani-CSF-Faizane) hekk kif rebaħ f’ħin ta’ 3 sigħat 21 minuta u 21 sekonda.

Meta fadal tliet stadji għat-tmiem, il-Kolumbjan Richard Carapaz (Ineos Grenadiers) għadu qed jillidja l-klassifika ġenerali b’ħin ta’ 76 siegħa, 41 minuta u 15-il sekonda, segwit mill-Awstraljan Jai Hindley (Bora-Hansgrohe) bi tliet sekondi.

Ekonomija

Sport