Thursday, May 30, 2024

Eluf ipparteċipaw biex “jittieklu” minn dinosawru… ir-rebbieħ tpoġġa b’mod diġitali fix-xena

L-attur ewlieni tal-film jispjega li min din ix-xena rnexxielu jiġbor mas-$60 miljun f'donazzjonijiet

Aqra wkoll

Waqt waħda mill-intervisti tiegħu fuq il-midja l-attur ewlieni tal-film Jurassic World Dominion Chris Pratt spjega dwar kif minn idea bla ħsieb spiċċa ġabar aktar minn $60 miljun biex jgħin lill-Amerikani.

Pratt spjega li ġietu din l-idea tal-‘ALL IN Challenge’ fejn b$10 biss eluf ta’ persuni daħlu fiċ-ċans li jerbħu premju pjuttost stramb. Huwa spjega li minn dawk id-donazzjonijiet kollha, Terry Thompson minn Missouri fl-Istati Uniti rnexxielu jerbaħ post biex jittiekel minn dinosawru fi pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.

L-attur spjega li minkejja li kien determinat biex jagħmel dan l-att ta’ ġenerożità realtà, kellhom problema biex iġibu lil dan Thompson fi pjazza San Ġorg anke minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija. Minflok, id-diriġenza għażlet tiġbed lil Thompson fuq xena sempliċi fuq e-scooter u fil-film se jidher jittiekel mid-dinosawru wara li tpoġġa b’mod diġitali fl-istess xena. 

Sport