Friday, May 17, 2024

“Naħlef fuq il-qabar ta’ marti li dan l-inċident qatt ma seħħ”

Il-Porporina jiċħad li tpoġġa fuq is-siġġu tal-kastig

Aqra wkoll

Alfred Bugeja, magħruf bħala l-Porporina, ċaħad li huwa kien tpoġġa fuq “is-siġġu tal-kastig” fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Meta kien qed jixhed fil-kawża ta’ libell li fetaħ l-eks Direttur tal-ħabs Alex Dalli kontra l-MaltaToday fuq rapport ippubblikat f’Diċembru tal-2020, Bugeja kellu kliem ta’ tifħir fuq is-Sur Dalli. 

Bugeja qal li kien priġunier ieħor li infurmah bl-artiklu u kien qralu dak li kien hemm miktub u wrieh ir-ritratt tiegħu fil-gazzetta. Qal ukoll li dan l-artiklu kien ġablu l-inkwiet ma’ martu, iżda kien assiguraha li ma kienx minnu. 

Huwa kompla jgħid li qatt ma kien ra dan is-siġġu. “Marti mietet ftit tal-jiem ilu. Naħlef fuq il-qabar tagħha li dan l-inċident qatt ma seħħ,” kompla jgħid Bugeja.

Sport