Sunday, October 27, 2024

Giro d’Italia: Yates jirtira u Buitrago jirbaħ is-17-il stadju

Aqra wkoll

Il-Britanniku Simon Yates irtira mill-Giro d’Italia minħabba injury fl-irkoppa biex il-Kolumbjan,  Santiago Buitrago, is-17-il stadju.

Yates ta’ 29 sena, rebaħ żewġ stadji tal-Giro f’din l-edizzjoni. Madankollu, is-sewwieq tat-Team BikeExchange-Jayco deher ibatu minn injury persistenti bil-konsegwenza li kellu jieqaf u jirtira.

“Minkejja t-terapija ta’ kuljum l-uġiegħ fl-irkoppa kompla għall-agħar,” qal it-tabib tat-tim Matteo Beltemacchi.

Yates kien fil-21 post fil-klassifika ġenerali, aktar minn nofs siegħa wara l-leader Richard Carapaz, wara li kellu inċident  fit-telgħa ta’ Blockhaus fid-disa’ stadju meta tilef aktar minn 11-il minuta.

Buitrago rebaħ it-tellieqa ta’ 165km minn Ponte di Legno sa Lavarone hekk kif Carapaz spiċċa l-ħames biex żamm il-flokk ir-roża.

Huwa jinsab tliet sekondi quddiem l-Awstraljan Jai Hindley meta fadal erba’ stadji.

Ir-riżultati tas-17-il stadju:

1. Santiago Buitrago (Col/Bahrain Victorious) four hours 27 minuti 41 sek

2. Gijs Leemreize (Ned/Jumbo-Visma) +35sek

3. Jan Hirt (Cze/Intermarche-Wanty-Gobert Matériaux) +2mins 28sek

4. Hugh Carthy (GB/EF Education – EasyPost

5. Richard Carapaz (Ecu/Ineos Grenadiers) +2mins 53sek

6. Jai Hindley (Aus/Bora Hansgrohe)

7. Mauri Vansevenant (Bel/Quick-Step Alpha Vinyl) +2mins 57sek8. Koen Bouwman (Ned/Jumbo-Visma) +2mins 59sek

9. Guillaume Martin (Fra/Cofidis)

10. Mikel Landa (Spa/Bahrain Victorious)

Klassifika:

1. Richard Carapaz (Ecu/Ineos Grenadiers) 73 hrs 19 mins 40 sek

2. Jai Hindley (Aus/Bora Hansgrohe) +3sek

3. Mikel Landa (Spa/Bahrain Victorious) +1min 5sek

Sport