Monday, May 13, 2024

“Pastaż u insensittiv! Nistenna li tittieħed azzjoni”

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli b'reazzjoni għal kumment fejn ntqal li tfal bl-awtiżmu huma perikolużi ħafna

Aqra wkoll

Aktar kmieni omm tifel bl-awtiżmu qasmet l-esperjenza tagħha wara li sfat insulentata minn barrani li lmenta minn ħsejjes li binha kien qiegħed jagħmel filwaqt li beda jesprimi l-ferħ tiegħu f’kafetterija f’Tas-Sliema.

Matul il-jum kompliet id-diskussjoni u ma setax jonqos li ommijiet li għandhom it-tfal bl-awtiżmu jesprimu l-weġgħat tagħhom għal din l-imġiba li sfortunatament għadha waħda mir-realtajiet ta’ pajjiżna minkejja tant enfasi bħala pajjiż inklussiv.

Wieħed mill-kummenti li qajjem furur fuq il-midja kien dak ta’ raġel li qal li tfal bl-awtiżmu huma perikolużi ħafna u li jkun aħjar għal kulħadd jekk dawn ma jitħalltux ma’ tfal normali.

B’reazzjoni għal dan il-kumment tkellmet il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli li sostniet “U mhux hekk nibqgħu. Nagħjru tfal bl-awtiżmu “perikolużi ħafna”! Pastaż u insensittiv. Inaċċettabbli. U nistenna bħal kull ċittadin ieħor li tittieħed azzjoni. Aktar ma nisma’ b’ każijiet hekk aktar nimpenja ruħi biex sal-aħħar nifs nibqa’ niddefendi lil kull tifel u tifla b’diżabbiltà.”

Sport