Monday, May 13, 2024

Girona jridu jżommu lil Eric Garcia

Aqra wkoll

Girona jixtiequ li d-difensur ċentrali Eric Garcia jestendi l-perjodu ta’ self tiegħu għall-istaġun li ġej minħabba li spikka ferm tul dawn l-aħħar xhur kemm ilu li ngħaqad magħhom. Fil-fatt hu skorja tliet gowls f’25 partita u kien sod fid-dipartiment difensiv tal-Katalunja.

Minkejja kollox, il-klabb li għandu l-proprjeta’ tiegħu iġifieri Barcelona jixtiequ li l-plejer jirritorna f’Camp Nou fl-istaġun li ġej.

Garcia għad irid itella’ u jniżżel x’għandu jsir minħabba li jippreferi jilgħab futbol regolari pjuttost li jibqa’ fuq il-bank tas-sostituti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport