Friday, July 24, 2026
Home Sport Giuseppe Rossi jirtira mill-futbol

Giuseppe Rossi jirtira mill-futbol

0
371
Ritratt: Facebook - Men in Blazers via Giuseppe Rossi

L-eks plejer internazzjonali Taljan Giuseppe Rossi ħabbar li se jkun qed itemm il-karriera tiegħu tal-futbol. Il-plejer li kien jilgħab ma’ Parma, Manchester United, Newcastle, Villareal, Fiorentina, Genoa, Levante u SPAL kien qed ikollu ħafna injuries u wara konsultazzjoni mat-tobba tiegħu, iddeċieda li jaqta’ linja darba għal dejjem.

Il-plejer li twieled fl-Istati Uniti u li għandu ċittadinanza Taljana, għandu 36 sena u spiss kellu jibqa’ barra mil-logħob sabiex isirulu diversi interventi f’saqajh il-leminija.

Diversi klabbs permezz tat-Twitter tagħhom irringrazzjaw lil Giuseppe Rossi tas-servizz li ta kull fejn mar.