Friday, July 17, 2026
Home Sport Glasner mhux inkwetat fuq Chalobah

Glasner mhux inkwetat fuq Chalobah

0
88

Il-kowċ ta’ Crystal Palace Oliver Glasner ftit deher inkwetat fuq il-fatt li Chelsea jistgħu jsejħu lura lil Trevoh Chalobah magħhom u għalhekk jintemm il-perjodu ta’ self mal-Eagles. Chalobah kien ineliġibbli li jilgħab proprju kontra l-klabb tiegħu fi draw ta’ 1-1 fil-partita mill-Premier League Ingliż.

Chalobah jaf ikun is-soluzzjoni temporanja għall-Blues minħabba li hemm diversi difensuri mweġġgħin fil-preżent. Matul dan l-istaġun hu lagħab 12-il logħba u skorja tliet gowls.