Saturday, May 18, 2024

Glenn Bedingfield jgħid li hu dejjem ħallas it-taxxa

Aqra wkoll

B’referenza għal artiklu li deher fil-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista ‘In-Nazzjon’, id-Deputat Laburista Glen Bedingfield irreaġixxa u ċaħad l-istess rapporti li allegaw li hu ma ħallasx it-taxxi dovuti għal diversi snin.

Bedingfield qal hu dejjem kien impjegat kif għadu sal-lum u t-taxxa tħallset billi nqatgħet kull xahar mill-paga tiegħu kif jiġri fil-każ tal-impjegati kollha.

Huw kompla biex jgħid li skont l-ġurnal tal-PN huwa ma ħallastx taxxi bejn l-2011 u l-2022 meta skontu huwa f’dan l-istess perjodu ħallas mal-€140,000 f’taxxi.

Kompla biex jgħid li f’xi snin kien hemm diskrepanzi bejn dak li nqata’ mill-employer tiegħu u l-istimi tad-Dipartiment tat-Taxxa. Qatt ma rċieva notifika dwar dan u minflok irċieva ittra ġudizzjarja biex inħallas u hekk għamel. 

Skontu l-ammonti ta’ diskrepanza huma kif jidhru:

Qabel l-1999       €32
2011€852
2012€1,822
2015€393
2017€125
2018€2,435

Huwa tenna jgħid li jitkellem b’wiċċu minn quddiem għax m’għandu xejn x’jaħbi. Iċċara jgħid li ma jippretendix illi jkun trattat b’mod differenti minn ħaddieħor u għalhekk ma’ mijiet ta’ ittri ġudizzjarji illi ħarġu fit-3 ta’ Frar, hu wkoll irċieva ittra. Żied jgħid li d-Dipartiment tat-Taxxi għamel xogħlu u hu għamel dak illi kellu jagħmel, jiġifieri mat-taxxa li kien diġa’ ħallas fuq dawk is-snin, ħallas ukoll id-diskrepanzi indikati.

“Jekk l-Editur tan-Nazzjon irid ikun jaf x’iġifieri ma titħallasx it-taxxa ta’ diversi snin, kemm jitla’ sular u jmur fl-uffiċini tad-Dar Ċentrali u jistaqsi għal Dr Bernard Grech”, temm Bedingfield.

Sport