Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen ħabbret il-portafolli tas-27 Kummissarju Ewropej. Fost dawn hemm ir-rappreżentant Malti, Glenn Micallef, li se jkun responsabbli għall-portafoll tal-ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet, l-Isport, Kultura u Żgħażagħ.
“Il-ġustizzja interġenerazzjonali hija suġġett trasversali – tolqot lilna lkoll iżda speċjalment liż-żgħażagħ u hija dwar il-bilanċ tajjeb fis-soċjetà u fdajt lil Glenn biex jħares fuq dan”. Dan kien il-kumment li tat il-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Fuq il-pjattaforma X, il-Prim Ministru Robert Abela qal huwa ta’ sodisfazzjoni li l-Kummissarju Malti, Glen Micallef ġie fdat b’portafoll li għandu impatt fuq in-nies, partikolarment għax jiffoka fuq iż-żgħażagħ, il-kultura u l-isport.
Il-PM irrimarka li dan huwa mumen straordinarju għal pajjiżna hekk kif Kummissarju Malti għandu rwol ċentrali għall-formazzjoni tal-Ewropa fis-snin illi ġejjin.