Saturday, December 21, 2024

Goal lejn it-tmiem jagħti rebħa lil Balzan fuq Valletta

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Balzan ………..2

Valletta ……….1

Balzan kisbu rebħa meri­tata ta’ 2-1 fuq Valletta bil-goal rebbieħ tagħhom jasal tard fil-partita minn Paul Fenech biex huma telgħu fis-sitt post tal-klassifika, punt biss taħt Valletta, għalkemm għandhom logħba inqas.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara biss seba’ minuti u kienu ferm sfortunati li ma fetħux l-iskor meta mill-cross ta’ Kevin Tulimieri, ir-rovex­xjata ta’ Mario Fontanella stampat mal-mimduda biex Balzan ħelsuha ħafif.

Huma komplew jippressaw u fl-20 minuta Shaun Dimech għadda pass perfett lejn Fontanella li min-naħa tiegħu ma rnexxielux jaqbeż lill-goalkeeper av­versarju, Jake Galea, li min-naħa tiegħu interċetta kull periklu.

Madankollu sitt minuti wara, kienu l-Balzanin li fetħu l-iskor meta minn kontrattakk veloċi, Bojan Kaljevic għadda lejn ALEK­SA ANDREJIC li minn po­żizzjoni ideali xeħet fix- xib­ka.

Fit-tieni taqsima, Valletta  ħarġu aktar avventurużi u fl-64 minuta għamlu l-iskor indaqs meta b’xutt minn tarf il-kaxxa, MARIO FONTANELLA ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Jake Galea, jsalva.

Huma komplew fuq l-offensiva u fid-69 minuta Ivan Curjucic kellu xutt minn pożizzjoni ideali jintemm ferm għoli.

Il-Beltin komplew jippressaw għall-goal tar-rebħa u fis-76 minuta, Caio Prado għadda tajjeb lejn Shaun Dimech li kellu x-xutt sabiħ tiegħu jiġi mdawwar f’corner minn Galea.

Madankollu kienu Bal­zan li skorjaw il-goal tar-reb­ħa tard fil-partita eżattament fil-85 minuta permezz ta’ xutt mill-ewwel ta’ PAUL FENECH minn barra l-kaxxa li ħasad għal kollox lill-goalkeeper, Alessandro Guarnone.

Huma komplew jammi­nistraw il-vantaġġ li kellhom sa tmiem il-partita fejn qatt ma taw ċans lill-Beltin jersqu lejn il-lasti u b’hekk kisbu rebħa verament importanti.

BALZAN: 12-Jake Galea, 3-Augustine Loof, 6-Marcus Grima, 7-Milan Duric (10-Alex Da Paixo Alves 73), 8-Paul Fenech, 18-Uros Ljubomirac (21-Neil Frendo 83), 19-Milos Zlatkovic, 22-Gary Camilleri, 77-Aleksa Andrejic (44-Adam Bradshaw 90), 86-Bojan Kaljevic (20-Suleiman Jalu 83), 88-Sean Cipriott – Coach: Paul Zam­mit

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 5-Ryan Camilleri, 6-Triston Caruana (11-Michele Sansone 55), 8-James Arthur (97-Lucas Campos 55), 10-Shaun Dimech, 19-Joseph Zerafa (77-Caio Prado 73), 20-Ivan Curjucic, 66-Eslit Sala, 89-Mario Fontanella, 92-Kevin Tulimieri (9-Haris Dilaver 55)   – Coach: Jose Antonio Cardoso Mendes

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Chris Francalanza

RABA’ UFF: Etienne Mangion

SKORERS: A. Andrejic 26, P. Fenech 85 (B), M. Fontanella 64 (V) 

AMMONITI: K. Tulimieri, T. Caruana, J. Arthur, I. Curjuric, E. Sala. A. Guarnone (V), S. Cip­riott, U. Ljuobimirac, P. Fenech (B)

Ekonomija

Sport